Kif it-tliet Pietà ta’ Michelangelo jitkellmu ma’ dinja li qed tbati

Hannah Brockhaus via Catholic News Agency

L-iskultura tal-Pietà ta’ Michelangelo fil-Vatikan u żewġ figuri inqas magħrufa tal-istess skultur jistgħu jkunu sinifikanti ħafna għal dinja mġarrfa bl-uġigħ.

Il-Pietà ta’ Michelangelo Buonarotti turi l-Verġni Marija waqt li qed tibki lil Binha msallab, Ġesù, mimdud f’ħoġorha. Il-kapolavur, imnaqqax fl-irħam ta’ Carrara, tlesta qabel għeluq il-25 sena tal-artist Taljan.

Matul aktar minn 60 sena, Michelangelo ħoloq żewġ skulturi oħra fuq l-istess tema. Fl-2022, wirja fil-belt Taljana ta’ Firenze għaqdet it-tliet xogħlijiet flimkien għall-ewwel darba.

The Three Pietà of Michelangelo exhibit at Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy. Museo dell'Opera del Duomo
Il-wirja tat-Tliet Pietà ta’ Michelangelo fil-Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja fl-2022. Ritratt: Museo dell’Opera del Duomo

Waħda mill-Pietà ta’ Michaelangelo tinkludi l-Pietà Florentina, imsejħa wkoll id-Deposizzjoni, li Michelangelo ħadem fuqha mill-1547 sal-1555.

Mons. Timothy Verdon, id-direttur tal-Museo dell’Opera del Duomo, qal lis-CNA li “x-xbihat tat-tbatija li dejjem timplika l-Pietà dejjem jolqtu ħafna lin-nies.”

A close-up of the copy of Michelangelo's Vatican Pietà, usually kept at the Vatican Museums. Ela Bialkowska/OKNO studio.
Close-up tal-kopja tal-Pietà tal-Vatikan ta’ Michelangelo, normalment miżmuma fil-Mużewijiet tal-Vatikan. Ritratt: Ela Bialkowska/OKNO studio

L-statwi tal-Pietà inqas magħrufa

Ħafna snin wara li Michelangelo lesta l-Pietà murija fil-Bażilika ta’ San Pietru, beda l-Pietà Florentina tiegħu, li turi lil Nikodemu, Marija Maddalena, u l-Verġni Marija tirċievi l-ġisem ta’ Kristu hekk kif jitneħħa mis-Salib.

Michelangelo ta’ 72 sena ħadem fuq l-iskultura għal tmien snin qabel ma eventwalment abbandunaha fl-1555.

Michelangelo's Florentine Pietà, part of the permanent collection at the Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy. Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy.
Pietà Florentina ta’ Michelangelo, parti mill-kollezzjoni permanenti fil-Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja. Ritratt: Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja.

Probabbilment beda r-Rondanini Pietà, li tinsab f’Milan, fl-1553. Michelangelo baqa’ jaħdem fuq il-biċċa sa ftit jiem qabel mewtu fl-1564.

Skont stqarrija għall-​istampa mill-​belt taʼ Firenze, “meta wasal għall-​mewt tiegħu stess, Michelangelo medita profondament fuq il-​Passjoni taʼ Kristu.”

Ftit qabel mewtu, Michelangelo ta tpinġija tal-Pietà lil Vittoria Colonna, il-Markiża ta’ Pescara, li fuqha kiteb: “Ma jaħsbux hemm kemm jiswa demm.”

Il-linja ġejja minn Canto 29 tal-Paradiso, wieħed mill-kotba tad-Divina Kummiedja ta’ Dante.

A perfect cast of Michelangelo's unfinished Rondanini Pietà, on display at the Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy. Museo dell'Opera del Duomo
Cast perfett tar-Rondanini Pietà mhux mitmuma ta’ Michelangelo, għall-wiri fil-Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja, fl-2022. Ritratt: Museo dell’Opera del Duomo

The Three Pietà of Michelangelo exhibit at Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy. Museo dell'Opera del Duomo
Il-wirja tat-Tliet Pietà ta’ Michelangelo fil-Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja, fl-2022. Ritratt: Museo dell’Opera del Duomo

In Michelangelo's Pietà, the Virgin Mary holds her Son as she did at his birth. .  Paweesit via Flickr.
Fil-Pietà ta’ Michelangelo, il-Verġni Marija żżomm lil Binha kif għamlet fit-twelid tiegħu. Ritratt: Paweesit/Flickr.

The Three Pietà of Michelangelo exhibit at Museo dell'Opera del Duomo in Florence, Italy. Museo dell'Opera del Duomo
Il-wirja tat-Tliet Pietà ta’ Michelangelo fil-Museo dell’Opera del Duomo f’Firenze, l-Italja, fl-2022. Ritratt: Museo dell’Opera del Duomo

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.

LURA GĦALL-FAĊĊATA