Awtur mhux magħruf kiteb dan l-innu mill-isbaħ f’ġieħ San Franġisk, li l-festa tiegħu hija fit-3 ta’ Ottubru.
Ix-xemx niezla bil-qajl
Ix-xemx niezla bil-qajl, fuq l-art mis-sema
bdew jaqgħu twal, għajjiena, d-dellijiet;
is-skiet fuq kollox, San Frangisk ħass riesaq
il-ħin li jmur jithenna fis-Smewwiet.
X’qawwa qed tahkem dan il-bniedem t’Alla!
U x’fidi hajja daqs ilsien tan-nar!
X’ħeġġa ta’ mħabba taqbad ġewwa sidru,
kull ħjiel ta’ dinja fih, ġa għadda w mar!
Qalbhom maqsuma jibku, resqu b’qima
uliedu, u madwaru miġburin
staqsewh: “Għaliex se titlaq ja ragħaj tagħna,
se nisfgħu ngħaġ mitluqa u mxerrdin?”
Ħares lejhom bis-sliem u refa’ idu,
u fetaħ kemmxejn fommu kollu ħlewwa:
“Tinżel fuqkom bħal xita l-grazzja t’Alla,”
qalilhom, “u tħariskom minn kull dnewwa”
“Jalla ma jidħol qatt il-qerq go moħħkom
u l-bogħ’d iżżommu l-ġisem minn kull ħtija
ta’ żina u tingis, ’mma jkollkom qalbkom
bit-tjieba tal-Mulej, b’kull ħajr, mimlija”.
Kif qal dal-kliem, ir-ruħ ħalliet il-ġisem,
taret fil-berah wiesa’ tas-Smewwiet,
kewkba ta’ dawl leqqien, biex tmur tissieħeb
mal-kwiekeb l-oħra, jiddu bil-qtajjiet.