Illum il-Festa tas-Sejba tas-Salib Imqaddes

Il-Festa tas-Salib Imqaddes, mgħarufa ukoll bħala l-festa ta’ Santu Kruċ, hija ċċelebrata f’Birkirkara kull 3 ta’ Mejju.

Kienet Santa Elena fis-sena 326 wara Kristu li sabet is-salib imqaddes, u dan kien meqjus bħala jum importanti għall-insara kollha.

Permezz tas-sejba ta’ Santa Elena, il-Knisja Kattolika tista’ tħares f’reverenza lejn l-għuda li Kristu kien imsallab magħha. Hija ħaditha ġewwa Ruma u għadna nistgħu nqimu din l-għuda tas-salvazzjoni sal-ġurnata tal-lum.

Il-festa ta’ Santu Kruċ tiġi ċċelebrata Birkirkara. Ritratt: Wikimedia Commons

Is-salib imqaddess huwa sinjal tal-imħabba u niftakru kif permezz ta’ Kristu s-salib sar sinjal tas-salvazzjoni, tal-imħabba, tal-għaqda u tal-ħajja.

Santu Kruċ jew, propjament, il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, tiċċelebra żewġ avvenimenti storiċi: l-iskopertà tal-Veru Salib minn Santa Elena, l-omm tal-Imperatur Kostantinu, taħt it-tempju ta’ Venere f’Ġerusalemm, u d-dedikazzjoni tal-bażilika fis-sena 335 mibnija fuq l-għolja tal-kalvarju minn Kostantinu, li jimmarka s-sit tal-Kruċifissjonu.

Elena, omm Kostantinu, kienet mara ta’ fidi straordinarja u ta’ devozzjoni profonda. Ġiet imnebbħa minn dehriet tas-Sema biex tmur Ġerusalemm.

Hawnhekk kellha titkixxef mingħand in-nies fejn Kristu ġie mdendel fuq is-salib. Kienu waqqfu fil-post fejn kien hemm statwa ta’ Venere biex l-insara li riedu jqimu hemm lil Kristu kienu jidhru bħallikieku qiegħdin jaduraw lil Venere.

True Cross Detail (1380) ta’ Agnolo Gaddi. Ritratt: Wikimedia Commons

Sinjal mis-sema wera fejn kien is-salib imqaddes. Meta Elena marret hemm u sabet tlett slaleb ħdejn xulxin. Il-ferħ tas-sejba ma damx għax ma setgħux jagħżlu liema wieħed kien ta’ Kristu.

Mela ġara li mhux bogħod kien hemm waħda mara magħrufa li kienet marida b’marda kerha. L-Isqof Makarju, meta ra d-dubji tas-Sultana u ta’ madwarha, qal: ‘Ġibu t-tliet slaleb li sibna u Alla jurina liema wieħed kien dak fuqu miet Kristu.’

Poġġewha fil-qrib wieħed mis-slaleb u ma ġara xejn. Imbagħad ġab it-tieni wieħed u, xorta waħda ma ġara xejn. Iżda meta ressaq it-tielet wieħed il-mara fetħet għajnejha minnufih u qamet, saħħitha ġiet lura kollha f’daqqa, iktar milli kienet meta kienet tħossha tajba. Bdiet tiġri ma’ darha u tfaħħar il-qawwa tal-Mulej.

LURA GĦALL-FAĊĊATA