Hawn hi lista ta’ Adorazzjonijiet matul ix-xahar tat-twelid tal-Verġni Marija u ta’ San Mikiel Arkanġlu:
It-Tnejn, 2 ta’ Settembru, f’Haż-Żabbar fis-Santwarju tal-Madonna Tal-Grazzja. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ fil-għodu.
L-Erbgħa, 4 ta’ Settembru, f’Birkirkara fis-Santwarju tal-Madonna Tal-Ħerba. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
Il-Ħamis, 5 ta’ Settembru, l-Imdina, fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru, f’Birkirkara, fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Adorazzjoni tibda fl-9 ta’ filgħodu.
It-Tlieta, 10 ta’ Settembru, f’Attard, f’Dar Santa Katerina – Sorijiet Dumnikani. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
L-Erbgħa, 11 ta’ Settembru, fil-Mosta Targa Gap, Ċentru Sant’ Andrija. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
Il-Ħamis, 12 ta’ Settembru, f’Fleur de lys, f’Dar il-Kleru. Quddiesa fid-9.30am; wara Adorazzjoni.
Il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru, il-Marsa, Fergħa Ewkaristika. Adorazzjoni tibda fis-6 ta’ filgħaxija. Wara jkun hemm Quddiesa.
Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru, il-Ħamrun, Santwarju tas-Samra. Adorazzjoni fil-11.15 ta’ filgħodu sal-12pm.
It-Tnejn, 16 ta’ Settembru, Ħal-Qormi, fil-Knisja Arċipretali San Sebastjan. Adorazzjoni wara l-Quddiesa tat-8.30 ta’ filgħodu.
It-Tlieta, 17 ta’ Settembru, Ħaż-Żebbuġ, fil-Kappella San Ġużepp. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
L-Erbgħa, 18 ta’ Settembru, G’Mangia, fis-Santwarju Parroċċa Madonna ta’ Fatima. Adorazzjoni wara l-Quddiesa tat-8am.
Il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru, fiż-Żejtun, fil-Knisja Ġesù Nazarenu tas-Sorijiet. Adorazzjoni fl-9.45 ta’ filgħodu.
It-Tlieta, 24 ta’ Settembru, il-Mosta, Pax et Bonum tas-Sorijiet Franġiskani. Adorazzjoni wara l-Quddiesa tad-9 ta’ filgħodu
L-Erbgħa, 25 ta’ Settembru, Valletta, fis-Santwarju Madonna Tal-Karmnu. Adorazzjoni wara l-Quddiesa tal-10 ta’ filgħodu.
Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru, Victoria Għawdex, fil-Knisja Madonna ta’ Pompej – Sorijiet Dumnikani. Adorazzjoni mill-9.45 sal-10.45 ta’ filgħodu. L-Adorazzjoni tkun online fuq is-sit tas-Santwarju Madonna ta’ Pompei Victoria.
Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, iż-Żebbiegħ, fil-Knisja ta’ Sant’ Anna. Adorazzjoni tibda fil-5.15pm u fis-6.30pm ikun hemm Quddiesa.
It-Tnejn, 30 ta’ Settembru, f’Marsaxlokk, Domus Mariae – Tas-Sorijiet. Adorazzjoni tibda fl-9.45 ta’ filgħodu.
Minbarra l-Adorazzjonijiet Ewkaristiċi li jidhru hawn fuq, bosta parroċċi jkollhom ħinijiet oħra ta’ Adorazzjoni. Għal tagħrif dwar dawn tkun tista’ tara l-Avviżi tal-parroċċi rispettivi.