Il-preżenza vera ta’ Ġesù fl-Ewkaristija: Adorazzjoni matul Marzu

Diversi knejjes madwar Malta u Għawdex se joffru Adorazzjoni matul Marzu biex jgħinuna nkomplu l-mixja tagħna tul it-Randan imqaddes bi tħejjija għal-Għid.

Fl-1 ta’ Marzu, ser ikun hemm Adorazzjoni għaddeja fil-Paroċċa San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, mid-9am sal-10am.

Fil-5 ta’ Marzu, iċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija, l-Mosta, se joffri Adorazzjoni mill-9.45am ’l quddiem.

L-għada, fis-6 ta’ Marzu, is-Santwarju Madonna tal-Ħerba, Birkirkara, jistedinna għal-Adorazzjoni mill-9.45am ’l quddiem.

Il-Knisja Madonna tal-Karmnu, l-Imdina, ser ikollha Adorazzjoni għaddeja fis-7 ta’ Marzu mill-9.45am ’l quddiem.

L-għada jmiss il-Kappella Fergħa Ewkaristika, Marsa, fit-8 ta’ Marzu, mis-6pm sas-7pm, kif ukoll wara l-quddiesa.

Pellegrinaġġ bix-xbieha mirakoluża ta’ Ġesù Redentur ser issir fit-8 ta’ Marzu mill-Bażilika Marija Bambina, Senglea, fis-6pm immexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Ser ikun hemm quddiesa u wara Adorazzjoni.

L-Ewkaristija tgħina nkomplu l-mixja tagħna tul it-Randan. Ritratt: Daniel Ibañez/CNA

Is-Santwarju Madonna tal-Grazzja taż-Żabbar ser ikollha Adorazzjoni fil-11 ta’ Marzu mill-9.45am ’l quddiem.

Fit-12 ta’ Marzu, il-pubbliku jista’ jattendi Adorazzjoni f’Dar Santa Katarina tas-Sorijiet Dumnikani, Attard, mill-9.45am ’l quddiem.

Fl-14 ta’ Marzu, il-pubbliku jista’ jattendi Adorazzjoni fid-Dar tal-Kleru, Fleur de Lys. Ser ikun hemm quddiesa fid-9.30am u Adorazzjoni wara.

Fil-15 ta’ Marzu, is-Santwarju Madonna tas-Samra, Ħamrun, se joffri Adorazzjoni mill-10.30am ’l quddiem.

Il-Knisja Arċipretali San Bastjan, Qormi, se ttella’ Adorazzjoni wara l-quddiesa tat-18 ta’ Marzu tat-8.30am.

Bħala parti mill-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu, il-Kappella San Ġużepp, Żebbuġ se ttella’ Adorazzjoni mill-9.45am ’l quddiem.

Il-Knisja ta’ Sant’ Anna, Żebbuġ, ukoll se jkollha Adorazzjoni fid-19 ta’ Marzu mil-4.45pm u quddiesa fis-6pm.

Il-Parroċċa Madonna ta’ Fatima, G’Mangia, se jkollha Adorazzjoni wara l-quddiesa tal-20 ta’ Marzu tat-8am.

Il-Papa Franġisku jgħid li l-Ewkaristija hija r-risposta ta’ Alla għall-ġuħ l-aktar profond tal-qalb tal-bniedem. Ritratt: Vatican Media/CNA

F’Għawdex, se jkun hemm Adorazzjoni fil-Knisja Madonna ta’ Pompej tas-Sorijiet Dumnikani, Victoria, fil-21 ta’ Marzu mid-9.45 sal-10.45am. Tista’ ukoll tinstab online.

Il-Knisja Ġesù Nazzarenu, Żejtun, se ttella’ Adorazzjoni fit-22 ta’ Marzu mill-9.45am ’l quddiem

Fil-25 ta’ Marzu, il-pubbliku jista’ jattendi Adorazzjoni f’Domus Mariae tas-Sorijiet f’Marsaxlokk mill-9.45am ’l quddiem.

L-għada, ser ikun hemm Adorazzjoni f’Pax et Bonum tas-Sorijiet Franġiskani l-Mosta wara l-quddiesa tad-9am fis-26 ta’ Marzu.

Fl-aħħar, fis-27 ta’ Marzu, is-Santwarju Madonna tal-Karmnu, Valletta, ser ittella’ Adorazzjoni wara l-quddiesa tal-10am.

Il-Papa Franġisku qal waqt Kungress Ewkaristiku fl-Istati Uniti is-sena li għaddiet li “tabilħaqq, l-Ewkaristija hija r-risposta ta’ Alla għall-ġuħ l-aktar profond tal-qalb tal-bniedem – il-ġuħ għall-ħajja awtentika – għaliex fl-Ewkaristija Kristu nnifsu jinsab tassew fostna biex imantni, jikkonslana u jsostnina fil-mixja tagħna”.

LURA GĦALL-FAĊĊATA