Il-Papa jordna 11-il saċerdot ġdid għal Ruma, u jħeġġeġ saċerdozju trasparenti

AC Wimmer via Catholic News Agency

Il-Papa Ljun XIV ordna 11-il saċerdot ġdid għad-Djoċesi ta’ Ruma nhar is-Sibt waqt Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, fejn ħeġġiġhom biex jgħixu ħajjiet li huma “trasparenti, viżibbli, kredibbli” fis-servizz tal-poplu t’Alla.

Il-Quddiesa tal-ordinazzjoni ġabret flimkien seminaristi kemm mis-Seminarju Pontifiċju Maġġuri Ruman kif ukoll mis-Seminarju Redemptoris Mater.

Il-Papa ddeskrivieh bħala mument ta’ “ferħ kbir għall-Knisja” u sinjal li “Alla ma għejjax jiġbor lil uliedu.”

Il-Papa Ljun XIV iqiegħed idejh fuq wieħed minn 11-il raġel waqt l-ordinazzjonijiet saċerdotali fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-31 ta’ Mejju 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA
Il-Papa Ljun XIV iqiegħed idejh fuq wieħed minn 11-il raġel waqt l-ordinazzjonijiet saċerdotali fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-31 ta’ Mejju 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA

Il-Papa Ljun XIV: Is-saċerdoti għandhom ikunu xhieda kredibbli

Fl-omelija tiegħu, il-Papa Ljun irrifletta fuq kliem San Pawl lill-komunità f’Efesu: “Tafu kif għext il-ħin kollu li kont magħkom,” u enfasizza l-ħtieġa tal-kredibbiltà fil-ħajja saċerdotali.

“Aħna ngħixu fost il-poplu ta’ Alla sabiex inkunu nistgħu nieqfu quddiemhom b’xhieda kredibbli,” qal il-Papa. “Flimkien, nibnu mill-ġdid il-kredibbiltà ta’ Knisja midruba, mibgħuta lil umanità midruba, fi ħdan ħolqien midrub.”

Il-Papa wissa lill-ordinandi kontra l-awtoiżolament jew id-dritt tal-kleru.

“Il-Papa Franġisku wissiena ħafna drabi dwar dan, għax l-awtoreferenzjalità titfi n-nar tal-missjoni.”

Qassis li għadu kif ġie ordnat jitlob waqt il-Quddiesa tal-ordinazzjoni ċċelebrata mill-Papa Ljun XIV fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-31 ta’ Mejju 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA
Qassis li għadu kif ġie ordnat jitlob waqt il-Quddiesa tal-ordinazzjoni ċċelebrata mill-Papa Ljun XIV fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-31 ta’ Mejju 2025. Kreditu: Daniel Ibáñez/CNA

Leo enfasizza li s-saċerdozju mhuwiex dwar l-awtorità iżda dwar l-amministrazzjoni: “Mhux sidien, iżda gwardjani,” qal. “Il-missjoni tappartjeni lil Ġesù. Huwa qam mill-imwiet, u jimxi qabilna. Ħadd minna mhu msejjaħ biex jieħu postu.”

Il-Papa kkonkluda l-omelija tiegħu billi rriflette fuq il-missjoni tal-Knisja għar-rikonċiljazzjoni f’dinja mkissra. “Flimkien, mela, se nibnu mill-ġdid il-kredibbiltà ta’ Knisja midruba, mibgħuta lil umanità midruba, fi ħdan ħolqien midrub,” qal.

“Mhux importanti li tkun perfett, iżda huwa neċessarju li tkun kredibbli.” Billi uża x-xbieha ta’ Kristu Rxoxt li juri l-ġrieħi tiegħu, il-Papa Ljun XIV enfasizza li anke sinjali ta’ ċaħda jsiru sorsi ta’ maħfra u tama, u b’hekk jagħmel lis-saċerdoti “ministri tat-tama” li jħarsu lejn kollox “taħt is-sinjal tar-rikonċiljazzjoni.”

Fl-aħħar kliem tiegħu, il-pontifex tkellem dwar is-servizz saċerdotali bħala parteċipazzjoni fl-imħabba ta’ Kristu għad-dinja. “L-imħabba ta’ Kristu tassew tippossjedi lilna,” qal, waqt li ddeskriva dan bħala “pussess li jeħlisna u jagħtina ċ-ċans li ma nippossjedu lil ħadd.”

Leo rringrazzja lill-ordinati ġodda talli ddedikaw ħajjithom biex jaqdu “poplu kompletament saċerdotali” u invoka l-interċessjoni ta’ Marija, li sejjaħ “Il-Madonna tal-Fiduċja u Omm tat-Tama”, u talabha titlob għall-missjoni tal-Knisja li “tgħaqqad is-sema u l-art.”

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors.

LURA GĦALL-FAĊĊATA