Il-Papa Franġisku jaħsel saqajn ħabsin nisa f’Ruma

Daniel Payne via Catholic News Agency

Nhar Ħamis ix-Xirka, il-Papa Franġisku ħasel saqajn 12-il priġunier f’ħabs f’Ruma, fejn il-pontifikat kompla bi tradizzjoni regolari li jorganizza l-Quddiesa tal-Ikla tal-Mulej fil-penitenzjarji lokali.

Is-​Santu Missier qal lill-​priġunieri nisa fil-​faċilità korrettiva taʼ Rebibbia, li tinsab madwar sitt mili ’l bogħod mill-​Belt tal-​Vatikan, li Ġesù “qatt ma jgħejja” imma pjuttost “aħna li niddejjaq nitolbu maħfra.”

Il-Papa Franġisku jitkellem waqt Quddiesa fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Rebibbia f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

“Ilkoll għandna l-fallimenti żgħar jew kbar tagħna – kulħadd għandu l-istorja tiegħu. Imma l-Mulej dejjem jistenniena, b’idejh miftuħin, u ma jegħja qatt jaħfer,” qal il-Papa, skont Vatican News.

Il-Papa Franġisku jippresiedi Quddiesa fil-Ħabs tan-Nisa Rebibbia f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

Il-Papa waqt il-Quddiesa ħasel saqajn 12 mill-priġunieri nisa preżenti. Dawn kienu ta’ “nazzjonalitajiet differenti,” qal il-Vatikan.

Il-Papa Franġisku jaħsel saqajn 12-il mara fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Rebibbia f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

Il-Papa imbagħad “iltaqa’ mal-ħabsin u l-ħaddiema tal-penitenzjarju” u rċieva diversi rigali inklużi prodotti mir-razzett tal-kumpless tal-ħabs.

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-ħabsin u l-ħaddiema tal-ħabs tan-nisa penitenzjarju ta’ Rebibbia f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

Fis-snin li għaddew, il-Papa Franġisku vvjaġġa lejn ħabsijiet u faċilitajiet oħra f’Ruma u madwarhom biex jaħsel saqajn individwi emarġinati.

Fl-2023 ħasel saqajn 12-il żagħżugħ u żagħżugħa fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-minorenni Casal del Marmo fil-periferija ta’ Ruma.

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-ħabsin u l-ħaddiema tal-ħabs tan-nisa penitenzjarju Rebibbia f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

Franġisku waqqaf id-drawwa ftit wara l-bidu tal-papat tiegħu. Wara li żar iċ-ċentru ta’ detenzjoni taż-żgħażagħ ta’ Casal del Marmo fl-2013, ippresieda l-Quddies tal-Ħamis Imqaddes f’ċentru għall-persuni b’diżabilità fl-2014, il-Ħabs Kumpless Ġdid ta’ Rebibbia fl-2015, ċentru għal dawk li jfittxu ażil fl-2016, il-ħabs ta’ Paliano fl-2017, il-ħabs storiku ta’ Ruma. Il-ħabs ta’ Regina Coeli fl-2018, u l-ħabs tal-irġiel ta’ Velletri fl-2019.

Is-Santu Missier qabeż it-tradizzjoni fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-ħabsin u l-istaff tal-ħabs tan-Nisa ta’ Rebibbia penitenzjarju f’Ruma nhar Ħamis ix-Xirka, fit-28 ta’ Marzu. Ritratt: Vatican Media

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency

LURA GĦALL-FAĊĊATA