Iċ-ċelebrazzjoni partikolari tal-festa tal-Kardinal Newman

Catholic News Agency

B’differenza mill-prattika tradizzjonali, il-festa tal-Kardinal John Henry Newman ma tiġix iċċelebrata fil-jum tal-mewt tiegħu. Minflok, fil-memorja tiegħu l-Knisja tiċċelebra l-festa tiegħu dakinhar li kkonverta għall-Kattoliċiżmu.

Newman miet fl-1890 u ġie kkanonizzat qaddis fit-13 ta’ Ottubru 2019.

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-Cofton Park ta’ Birmingham meta kien ibbeatifikat fid-19 ta’ Settembru 2010, il-Papa Benedittu XVI ipproklama li l-festa ta’ Newman għandha tiġi ċċelebrata fid-9 ta’ Ottubru.

B’mod ġenerali l-ġranet tal-festa tal-beati u l-qaddisin huma mmarkati fuq “dies natalis” tagħhom – il-jum li mietu. Fil-każ tiegħu, minkejja li miet fil-11 ta’ Awwissu 1890, il-Knisja ddeċidiet li tagħżel il-jum li fih ikkonverta għall-Kattoliċiżmu, id-9 ta’ Ottubru 1845, bħala l-ġurnata biex tiċċelebra l-festa tiegħu.

Fil-ħin tat-tħabbira, il-kelliem tal-Vatikan ta’ dak iż-żmien, Patri Federico Lombardi, ċajta li l-Knisja diġà tiċċelebra wisq qaddisin kbar f’Awwissu u għalhekk li tpoġġi d-data f’Ottubru dehret idea tajba għalih.

Il-Knisja tiċċelebra wkoll lil San Denis u John Leonardi fid-9 ta’ Ottubru, filwaqt li l-11 ta’ Awwissu hija l-festa ta’ Santa Klara ta’ Assisi.

LURA GĦALL-FAĊĊATA