Ħarsa mill-qrib lejn ir-relikwa tas-Sedja ta’ San Pietru

Is-Sedja ta’ San Pietru (Cathedra Petri), magħrufa wkoll bħala t-Tron ta’ San Pietru, hija relikwa kkonservata fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Belt tal-Vatikan, l-enklavi sovran tal-Papa ġewwa Ruma, l-Italja.

Ir-relikwa hija tron ​​tal-injam li t-tradizzjoni ssostni li kien tal-Appostlu San Pietru, il-mexxej tal-Kristjani Bikrin f’Ruma u l-ewwel Papa, u li uża bħala Isqof ta’ Ruma.

Ir-relikwa hija magħluqa f’kisi tal-bronż skolpit iddisinjat minn Gian Lorenzo Bernini u mibni bejn l-1647 u l-1653. Fl-2012, il-Papa Benedittu XVI iddeskriva s-siġġu bħala “simbolu tal-missjoni speċjali ta’ Pietru u s-Suċċessuri tiegħu biex irabbu l-merħla ta’ Kristu, u jżommuha magħquda fil-fidi u fil-karità”.

It-tron tal-injam kien rigal mill-Imperatur tar-Rumani Karlu l-Qargħi lill-Papa Ġwanni VIII fl-875. Ġie studjat ħafna drabi matul is-snin, l-aktar reċenti bejn l-1968 u l-1974, meta tneħħa l-aħħar mill-artal tal-Bernini. L-istudju kkonkluda li ma kienx siġġu doppju, iżda wieħed, b’kisja, u li l-eqdem partijiet huma mis-6 seklu.

Is-Sedja ta’ San Pietru hija t-tieni artal ġewwa l-knisja bl-ewwel wieħed ikun dak ta’ taħt il-baldacchin. Hija tfakkar lill-viżitaturi dwar l-awtorità tal-Knisja Kattolika.

It-tron tal-Papa fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Belt tal-Vatikan, ġie espost għall-aħħar pubblikament fl-1867. (Minn Wood Carvings in English Churches, 1910)

Franġisku huwa l-ewwel Papa mill-1974 li ra r-relikwija

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, il-Papa Franġisku kellu l-opportunità jara r-relikwa storika tas-siġġu ta’ San Pietru fis-sagristija Ottoboni tal-Bażilika ta’ San Pietru wara li ċċelebra Quddiesa fi Pjazza San Pietru qabel it-tieni sessjoni tas-Sinodu dwar is-Sinodalità.

Franġisku huwa l-ewwel Papa mill-1974 li ra r-relikwija maħsuba li kienet ta’ San Pietru Appostlu.

Normalment, is-siġġu storiku tal-injam ikun magħluq ġewwa monument kbir maħdum mill-iskultur Gian Lorenzo Bernini tas-seklu 17, li huwa installat direttament fuq l-artal fl-abside tal-bażilika tal-Vatikan.

Monument kbir maħdum mill-iskultur Gian Lorenzo Bernini tas-seklu 17 fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Belt tal-Vatikan li fih kienet tinżamm ir-relikwa tas-Sedja ta’ San Pietru. Ritratt: Dnalor 01/Wikimedia Commons

Madankollu, istituzzjoni tal-Vatikan fdata bir-restawr u l-manutenzjoni tal-bażilika reċentement neħħiet is-siġġu minn fuq il-monument fost xogħol ta’ restawr fuq il-Baldacchino ta’ Bernini, il-baldakin li mdendel fuq l-Artal tal-Katidra, skont Vatican News.

Parti minn dan l-artiklu ġie miġjub via Catholic News Agency bi traduzzjoni ta’ Lara Zammit

LURA GĦALL-FAĊĊATA