Kate Quiñones via Catholic News
Il-Knisja Kattolika tonora lil Santu Wistin ta’ Ippona, missier tal-Knisja tal-bidu, duttur tal-Knisja, u teologu fundazzjonali, fit-28 ta’ Awwissu.
Wistin trabba bħala Nisrani fil-bidu tat-tfulija tiegħu iżda tbiegħed mill-Knisja, kellu tarbija barra ż-żwieġ u waqa’ fl-ereżija tal-Manikeiżmu. Ommu, Santa Monica, mara ta’ fidi profonda li wara ġiet ikkanonizzata, qatt ma waqfet titlob għar-ritorn tiegħu fil-Knisja.
Mill-aktar minn ħames miljun kelma li kiteb Santu Wistin matul ħajtu (354–430WK), il-Konfessjonijiet tiegħu kellhom influwenza partikolarment dejjiema bħala xogħol filosofiku, teoloġiku, mistiku u letterarju. Miktub f’madwar 400WK, il-Konfessjonijiet jagħti dettalji dwar kif Alla ħadem fil-ħajja taʼ Wistin u jaqra mhux biss bħala storja imma bħala talb.
Hawn ħames kwotazzjonijiet qawwija mill-Konfessjonijiet ta’ Santu Wistin:
1. “Int għamiltna għalik innifsek, Mulej, u qalbna ma jkollhiex kwiet sakemm issib il-mistrieħ tagħha fik.” (Ktieb I)
2. “Wasalt Kartaġni, fejn madwari kantaw f’widnejja kaldarun ta’ mħabba mhux qaddisa. Għadni ma kontx inħobb, iżda kont inħobb inħobb, u minn ħtieġa profonda, bagħdejt lili nnifsi talli ma ridtx… Għax ġewwa fija kien hemm ġuħ ta’ dak l-ikel ġewwieni, Inti stess, Alla Tiegħi.” (Ktieb III)
3. “Imma jien x’inkun għalija nnifsi mingħajrek, ħlief gwida għall-waqgħa tiegħi stess?” (Ktieb IV)
4. “Tfajt ruħi, ma nafx kif, taħt ċerta siġra tat-tin, biex nagħti l-arja sħiħa għad-dmugħ tiegħi; u l-għargħar ta’ għajnejja ħarġu sagrifiċċju aċċettabbli għalik.” (Ktieb VIII)
5. “Tard ħabbejtek, O Ġmiel dejjem antika, dejjem ġdida, tard ħabbejtek! Int kont ġewwa fija, imma jien kont barra, u kien hemm li fittixtek. Fin-nuqqas ta’ mħabba tiegħi, inxħedt fl-affarijiet sbieħ li inti ħloqt. Int kont miegħi, imma jien ma kontx miegħek. Affarijiet maħluqa żammewni minnek; madankollu kieku ma kienux fik ma kienu jkunu xejn. Int sejjaħtli, għajjadt, u kissirt it-truxija tiegħi. Xgħelt, tiddi, u keċċejt l-għama tiegħi. Int nfaħt il-fwieħa tiegħek fuqi; ħadt in-nifs u issa nokrob għalik. Doqtek, issa jien bil-ġuħ u l-għatx għal aktar. Int missejtni, u nogħxa għall-paċi tiegħek.” (Ktieb X)
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.