Ġimgħa wara Oħloq Tbissima 2025 – il-mumenti ewlenin

Wara ġimgħa minn meta għalqet il-maratona ta’ solidarjetà Oħloq Tbissima ta’ din is-sena, għadna nħossu l-effett pożittiv li ħalla warajh dan l-avveniment fil-qlub ta’ ħafna.

Filwaqt li nħabbru bi pjaċir li l-edizzjoni li jmiss ta’ Oħloq Tbissima se ssir bejn l-10-12 ta’ Lulju, 2026, ejjew nirrevedu l-mumenti ewlenin ta’ din is-sena.

Din is-sena kienet waħda speċjali, b’mijiet ta’ voluntiera, artisti u sostenituri li ngħaqdu flimkien għal kawża nobbli – il-ġbir ta’ fondi biex jissaħħu l-missjonijiet tal-MSSP f’pajjiżi foqra.

Fost l-aktar mumenti li baqgħu fil-memorja:

Il-kontribuzzjoni ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi, li rnexxielu jiġbor €441,590 f’donazzjonijiet.

Spettakli mużikali u intervisti emozzjonanti, li wasslu stejjer ta’ tama u kuraġġ minn madwar id-dinja.

Parteċipazzjoni attiva tat-tfal u l-familji, li ħadu sehem f’attivitajiet edukattivi u divertenti matul il-jum.

Il-preżenza kontinwa tal-komunitajiet reliġjużi u l-voluntiera, li ħadmu bla waqfien biex jorganizzaw l-avveniment.

Oħloq Tbissima 2025 reġa’ ġab miegħu l-għaqda, il-fidi u l-imħabba bejn in-nies, u kompla juri li flimkien nistgħu nibdlu l-ħajja ta’ ħafna oħrajn.

S’issa, l-impenn jibqa’ għaddej – għax kull tbissima tgħodd. Il-preparamenti għall-appuntament li jmiss f’Lulju 2026 bdew diġa.

LURA GĦALL-FAĊĊATA