Għaxar snin minn mindu Ġwanni Pawlu II u Ġwanni XXIII saru qaddisin

via ACI Prensa

Illum, fis-27 ta’ April, nimmarkaw anniversarju ieħor taċ-ċerimonja tal-kanonizzazzjoni tal-Papiet San Ġwann Pawlu II u San Ġwann XXIII, ippreseduta mill-Papa Franġisku, li fiha pparteċipaw eluf ta’ fidili.

Is-Santa Sede stmat li 500 elf ruħ nġabbru fi Pjazza San Pietru u t-toroq li jmissu magħhom, u 300 elf oħra attendew għaċ-ċerimonja, ċċelebrata fis-27 ta’ April 2014 permezz ta’ skrins ġganti mqiegħda fil-belt ta’ Ruma.

Din iċ-ċerimonja kienet tissejjaħ ‘tal-erba’ papiet’, peress li għaliha attenda ukoll il-papa Emeritus ta’ dak iż-żmien Benedittu XVI, li miet fil-31 ta’ Diċembru, 2022.

Ġwanni XXIII jiċċelebra l-Quddiesa tal-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II. Ritratt: Wikimedia Commons

Waqt l-omelija tiegħu, il-Papa Franġisku enfasizza li “fil-Konvokazzjoni tal-Konċilju, San Ġwanni XXIII wera doċilità delikata lejn l-Ispirtu s-Santu u kien ragħaj, gwida. Dan kien is-servizz kbir tiegħu lill-Knisja: kien il-Papa tad-doċilità lejn l-Ispirtu”.

San Ġwann Pawlu II iddefiniewh bħala “il-papa tal-familja”. Hu stess darba qal li kien jixtieq li jkun mgħaruf hekk”.

Il-kanonizzazjoni saret fiż-żmien meta kien qed jitħejja s-Sinodu dwar il-Familja, li ġie ċċelebrat f’Ottubru tal-2015, għalhekk il-Papa Franġisku ħa l-opportunità biex jenfasizza l-figura tal-papa Pollakk “issa li qed ngħixu vjaġġ dwar il-familja u mal-familji. Hija triq li, mis-sema, żgur li jakkumpanja u jsostniha”.

Udjenza mal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1994. Ritratt: Wikimedia Commons

Fl-aħħarnett, il-Papa Franġisku talab li ż-żewġ papiet “jgħallmuna biex ma niġux skandalizzati bid-dmugħ ta’ Kristu, biex nidħlu fil-misteru tal-ħniena divina li dejjem tispera u dejjem taħfer, għaliex dejjem tħobb”.

B’kollox 870 saċerdot qassmu t-tqarbin lill-fidili u 2 miljun ruħ segwew iċ-ċelebrazzjoni mad-dinja kollha bit-televiżjoni.

Il-pellegrini kienu fi Pjazza San Pietru b’bandieri u cartelli. Fil-lejl ta’ qabel, mijiet ta’ eluf ipparteċipaw fil-velji ta’ talb li ġew ċċelebrati fil-knejjes taċ-ċentru ta’ Ruma b’lingwi differenti.

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ispagnol jappartjeni lill-Catholic News Agency. Dan l-artiklu kien ippubblikat oriġinarjament fuq ACI Prensa.

LURA GĦALL-FAĊĊATA