F’filmat maħruġ mill-istituzzjoni pubblika inkarigata mir-restawr ta’ Notre Dame ta’ Pariġi, ġie żvelat ftit mis-sbuħija ġewwa l-katidral ftit xhur qabel ma jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu.
Miġbud minn drone li jappartjeni lill-korporazzjoni pubblika Rebuilding Notre-Dame de Paris, il-katidral jiżvela s-sigrieti kollha tiegħu, u l-immaġini huma tant sbieħ li jħalluk bla nifs.
Imsemmija għall-Omm Alla, Notre-Dame de Paris (“Il-Madonna ta’ Pariġi”) huwa monument antik ta’ 861 sena maħbub u meqjum kemm mill-Kattoliċi kif ukoll minn dawk mhux Kattoliċi.
Fl-2019 id-dinja bkiet il-ħsara li saret lill-ispira ta’ 315-il pied u s-saqaf tal-katidral f’nar devastanti. In-nar oriġina taħt is-saqaf, infirex minn ġor-rafters tal-injam tas-suffitt u kkonsma l-ispira, li waqgħet.
Ħlief għall-artal maġġur, ġew salvati l-opri kollha tal-arti fil-katidral u r-relikwarju li fih dak li hu maħsub li hi l-kuruna tax-xewk.
Nies madwar id-dinja kkontribwew għar-restawr tal-istruttura. Donaturi madwar id-dinja minn 150 pajjiż taw madwar $928 miljun. Il-katidral se jerġa’ jiftaħ fit-8 ta’ Diċembru, data simbolika peress li hija l-festa tal-Kunċizzjoni.
Ritratt: Riccardo Milani/Hans Lucas/AFP/Getty Images via Catholic News Agency