Francesca Pollio Fenton via Catholic News Agency
L-intenzjoni ta’ talb tal-Papa Franġisku għax-xahar ta’ Jannar hija għad-dritt għall-edukazzjoni.
“Illum qed nesperjenzaw ‘katastrofi edukattiva’, qal is-Santu Missier f’filmat maħruġ fit-2 ta’ Jannar. “Din mhix eżaġerazzjoni. Minħabba l-gwerer, il-migrazzjoni, u l-faqar, madwar 250 miljun tifel u tifla m’għandhomx edukazzjoni.”
“It-tfal u ż-żgħażagħ kollha għandhom id-dritt li jmorru l-iskola, irrispettivament mill-istatus ta ‘immigrazzjoni tagħhom,” żied jgħid.
Il-Papa sejjaħ l-edukazzjoni “tama għal kulħadd”.
“Jista’ jsalva lill-migranti u r-refuġjati minn diskriminazzjoni, netwerks kriminali, u sfruttament — tant minuri huma sfruttati! Jista’ jgħinhom jintegraw fil-komunitajiet li jospitawhom.”
Huwa rrimarka li “l-edukazzjoni tiftaħ il-bibien għal futur aħjar.”
“B’dan il-mod, il-migranti u r-refuġjati jistgħu jikkontribwixxu għas-soċjetà, jew fil-pajjiż il-ġdid tagħhom jew fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, jekk jiddeċiedu li jirritornaw,” qal.
Il-Qaddis Missier ħeġġeġ lill-fidili biex qatt ma jinsew “li min jilqaʼ lill-barrani jilqaʼ lil Ġesù Kristu.”
Huwa kkonkluda b’talb: “Ejja nitolbu għall-migranti, ir-refuġjati, u dawk milquta mill-gwerra, biex id-dritt tagħhom għal edukazzjoni, li huwa meħtieġ biex tinbena dinja aktar umana, dejjem ikun rispettat.”
Il-vidjow tat-talb tal-Papa Franġisku huwa promoss mill-Worldwide Prayer Network tal-Papa, li jqajjem kuxjenza dwar l-intenzjonijiet tat-talb papali ta’ kull xahar.
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.
Fir-ritratt: Il-Papa Franġisku jgħammar lill-pellegrini u lill-viżitaturi li nġabru għall-Angelus fid-29 ta’ Diċembru, fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Kreditu: Media tal-Vatikan. Ritratti kollha miġjuba permezz ta’ Catholic News Agency Access for Editors