Din hija l-intenzjoni ta’ talb tal-Papa Franġisku għax-xahar ta’ April

Francesca Pollio Fenton via Catholic News Agency

L-intenzjoni tat-talb tal-Papa Franġisku għax-xhar ta’ April hija li d-dinjità u l-valur tan-nisa jkunu rikonoxxuti madwar id-dinja. 

“F’ħafna partijiet tad-dinja, in-nisa jiġu ttrattati daqs li kieku huma xi ħaġa li trid teħles minnha,” qal il-Papa Franġisku f’filmat li ħareġ fit-2 ta’ April. 

“Hemm pajjiżi fejn in-nisa huma pprojbiti milli jaċċessaw l-għajnuna, jiftħu negozju jew jmorru l-iskola,” qal, u żied: “F’dawn il-postijiet, huma soġġetti għal liġijiet li jġegħluhom jilbsu b’ċertu mod. U f’ħafna pajjiżi, il-mutilazzjoni ġenitali għadha prattikata.” 

Hu ħeġġeġ lid-dinja biex “ma jċċaħħdux lin-nisa mill-vuċi tagħhom. Ejjew ma nisirqux dawn in-nisa mill-vuċi tagħhom. Huma sfruttati, emarġinati.” 

“Ejja nitolbu li d-dinjità u l-valur ta’ in-nisa jkunu rikonoxxuti f’kull kultura,” qal il-Papa. Ritratt: Storyblocks

Is-Santu Missier irrimarka li “fit-teorija, ilkoll naqblu li l-irġiel u in-nisa għandhom l-istess dinjità bħall-persuni. Iżda dan ma jilgħabx prattika.

“Il-gvernijiet iridu jimpenjaw ruħhom li jeliminaw il-liġijiet diskriminatorji kullimkien u naħdmu biex niggarantixxu d-drittijiet umani tan-nisa,” qal Franġisku. 

“Ejjew nirrispettaw lin-nisa. Ejjew nirrispettaw id-dinjità tagħhom, id-drittijiet bażiċi tagħhom.  U jekk ma nagħmlux hekk, is-soċjetà tagħna ma tagħmilx progress.”

Temm b’talb: “Ejja nitolbu li d-dinjità u l-valur ta’ in-nisa jkunu rikonoxxuti f’kull kultura, u biex tintemm id-diskriminazzjoni jiffaċċjaw f’diversi partijiet tad-dinja.” 

Il-filmat tat-talb tal-Papa Franġisku huwa promoss mil-Pope’s Worldwide Prayer Netwerk li tqajjem kuxjenza dwar kull xahar  intenzjonijiet talb papali. 

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency 

LURA GĦALL-FAĊĊATA