Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof f’Mejju

Stqarrija għall-istampa

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta xandret ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna għal matul ix‑xahar ta’ Mejju.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Illum, il‑Ħadd, 5 ta’ Mejju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja tas‑Salib Imqaddes tal‑Kappuċċini fil‑Furjana, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Wara, fil‑11am, jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni Griega Ortodossa tal‑Għid fil‑Knisja ta’ San Nikola fil‑Belt Valletta. Fis‑6.30pm jiċċelebra quddiesa bl‑inkurunazzjoni tal‑istatwa tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Fatima fi Gwardamanġa.

It‑Tnejn, 6 ta’ Mejju, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑Iskola Sekondarja taż‑Żokrija fil‑Kulleġġ Maria Regina fil‑Mosta.

L‑Erbgħa, 8 ta’ Mejju, f’12pm l‑Arċisqof jitlob is‑Supplika fil‑festa tal‑Madonna ta’ Pompej fl‑Oratorju tal‑Onorati (mal‑Knisja tal‑Ġiżwiti) fil‑Belt Valletta.

Il‑Ħamis, 9 ta’ Mejju, fil‑festa ta’ San Ġorġ Preca, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl‑Iskola Sekondarja San Ġorġ Preca fil‑Ħamrun. Fis‑6:30pm jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella tal‑Midalja Mirakoluża fil‑Blata l‑Bajda.

Is‑Sibt, 11 ta’ Mejju, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa bl‑Ingliż għall‑Kattoliċi mhux Maltin li jgħixu f’Malta mill‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina.

Il‑Ħadd, 12 ta’ Mejju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑60 anniversarju tad‑Dar tal‑Kleru u l‑Qaddejja taċ‑Ċenaklu f’Birkirkara, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Il-Knisja ta’ San Publiju, l-Furjana. Ritratt: Diego Delso/Wikimedia Commons

Is‑Sibt, 18 ta’ Mejju, f’lejlet is‑solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, fis‑7.30pm, l‑Arċisqof imexxi velja ta’ talb, testimonjanzi u katekeżi biex jitfakkar it‑twelid tal‑Knisja u d‑don tal‑Ispirtu fil‑ħajja tal‑lum. Il‑velja se ssir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju fil‑Furjana.

Il‑Ħadd, 19 ta’ Mejju, fis‑solennità ta’ Għid il‑Ħamsin fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta, li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof. Din tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103.

Is‑Sibt, 25 ta’ Mejju, fl‑4.30pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa li fiha jamministra s‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke.

Il‑Ħadd, 26 ta’ Mejju, fid‑9.30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa mill‑Knisja Parrokkjali tan‑Nazzarenu f’Tas‑Sliema, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, Newsbook Malta u RTK 103. Fis‑6:30pm jiċċelebra quddiesa fil‑bidu tal‑ħidma pastorali ta’ Dun Nicholas Pace bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp fil‑Kalkara.

Il‑Ħamis, 30 ta’ Mejju, fis‑6pm, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑solennità ta’ Corpus Christi fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi. Wara l‑quddiesa toħroġ il‑purċissjoni fit‑toroq bis‑sehem ta’ ħames frattellanzi inkluż tas‑Santissimu Sagrament li din is‑sena tagħlaq 450 anniversarju mit‑twaqqif tagħha.

LURA GĦALL-FAĊĊATA