Kristina Millare via Catholic News Agency
Bdiewa Taljani, li huma fost il-pellegrini ta’ tama ta’ din is-sena għall-Ġublew tal-2025, il-Ġimgħa ġabu l-annimali tagħhom il-Vatikan biex jitbierku mill-Kardinal Mauro Gambetti fil-festa ta’ Sant’Anton Abbati.
Diversi bdiewa minn madwar il-pajjiż ġarrew żwiemel, bhejjem, mogħoż, wiżż, tiġieġ, u fniek fi stalel improvisat li twaqqfet quddiem Pjazza San Pietru biex tiċċelebra l-festa tas-17 ta’ Jannar tal-qaddis patrun tal-bdiewa u l-annimali.
Sant’Anton Abbati — magħruf ukoll bħala Sant’Anton tad-Deżert jew Sant’Anton il-Kbir — kien eremita tar-raba’ seklu magħruf għall-asċetiżmu tiegħu u huwa meqjus bħala missier il-monjaċiżmu Nisrani. Il-ħajja qaddisa tiegħu fid-deżert Eġizzjan ġiet irreġistrata wkoll minn San Atanasju “f’Il-Ħajja ta’ Sant’ Antonju.”

Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa ta’ filgħodu ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru, Gambetti sellem personalment lil dawk li jrabbu l-bhejjem li attendew għall-festa ta’ din is-sena, filwaqt li rringrazzjahom għall-kura tagħhom tal-ħolqien ta’ Alla.
“Alla jgħożż il-ħolqien tiegħu. Huwa jieħu ħsieb l-annimali, il-pjanti, għax dawn joħolqu l-kundizzjonijiet biex il-ħajja tkompli u tiffjorixxi, speċjalment ħajja intelliġenti, il-ħajja tal-bnedmin,” qal Gambetti lill-folol barra Pjazza San Pietru.
“Alla jieħu ħsieb kull wieħed minnkom, speċjalment intom li rrispondejtu għas-sejħa oriġinali tiegħu biex tikkultiva u tieħu ħsieb il-ħolqien tiegħu,” kompla.

Fulvio, li jrabbu ż-żwiemel min-naħa tat-Tramuntana tar-reġjun ta’ Lazio, qal lil EWTN News li t-tberik tal-annimali f’jum il-festa ta’ Sant’Anton huwa importanti għalih u għall-familja tiegħu.
“Dan l-avveniment huwa l-barka tal-annimali, u peress li nieħdu ħsieb l-annimali tagħna huwa importanti ħafna għalina li nirċievu din il-barka għall-annimali tagħna,” huwa qasam. “St. Anthony huwa figura ta’ ispirazzjoni għalina — huwa l-protettur tar-razzett tagħna.”
Kull sena, il-pulizija tal-istat Taljana tmexxi parata ‘l isfel minn Via della Conciliazione, it-triq ewlenija li twassal lejn il-Vatikan, sa Pjazza San Pietru bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġurnata.
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.
Fir-ritratt: Irġiel jirkbu l-bgħula f’Via della Conciliazione waqt li jieħdu sehem fil-festa ta’ San Antonio Abate (San Antnin Abbati), il-qaddis patrun u protettur tal-annimali, fi Pjazza Pio XII quddiem il-Vatikan, f’Ruma fis-17 ta’ Jannar. Kreditu: ALBERTO PIZZOLI/AFP permezz ta’ Getty Images. Ritratti kollha via Catholic News Agency Access for Editors