It-tama hija waħda mit-tliet virtujiet teoloġiċi u hija karatteristika tal-ħajja Nisranija. San Ġwanni tas-Salib qal fuq it-tama: “Għix fil-fidi u fit-tama, għalkemm fid-dlam, għax f’dan id-dlam Alla jipproteġi r-ruħ. Itfa l-kura tiegħek f’idejn Alla għax inti Tiegħu u Hu mhux se jinsik.”
It-tama hija l-virtù li ġġiegħel lill-qalb tixxennq għall-ħajja ta’ dejjem ma’ Alla u timbottana lejha . Nemmnu li din il-mira tista’ tintlaħaq mhux billi nafdaw fina nfusna jew fl-oħrajn, imma fil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu.
Il-Papa Benedittu XVI, fl-enċiklika tiegħu dwar it-tama (Spe Salvi), jistqarr li “l-preżent, anki jekk huwa diffiċli, jista’ jiġi mgħix u aċċettat jekk iwassal għal għan, jekk nistgħu nkunu ċerti minn dan il-għan, u jekk dan l-għan huwa kbir biżżejjed biex jiġġustifika l-isforz tal-vjaġġ.”

Diversi kotba tat-talb inkludew kif titlob Att ta’ Tama, li essenzjalment jiġbor fil-qosor aspetti ewlenin ta’ din il-virtù teoloġika.
Att ta’ Tama
Mulejja, għaliex inti tista’ kolox, kollok ħniena u qatt ma tonqos mill-wegħdiet tiegħek, jiena nittama li tagħtini l-maħfra ta’ dnubieti u l-ġenna, li inti għall-merti ta’ Ġesù Kristu, wegħidt lil min jagħmel opri tajba, hekk kif jiena nipproponi li nagħmel bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, li minnek nittama għaliex inti tjieba infinita.
Ritratti kollha via Storyblocks.com