14-il ritratt memorabbli tal-Papa Franġisku

Almudena Martinez-Bordiu via ACI Prensa

Dawn l-14-il ritratt juru mumenti memorabbli mil-Papa Franġisku matul dawn l-aħħar snin.

Il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru. Ritratt: Vatican Media

Xbieha tenera tal-Papa Franġisku jitlob flimkien ma’ grupp ta’ sorijiet fil-Vatikan. Ritratt: Daniel Ibáñez/ACI Prensa

Tgħanniqa bejn il-Papa Franġisku u tifel bil-kanċer waqt Udjenza Ġenerali. Ritratt: Daniel Ibáñez/ACI Prensa

Il-Papa Franġisku jieħu telefonata waqt Udjenza Ġenerali fit-8 ta’ Novembru, 2021. Ritartt: Daniel Ibáñez/ACI Prensa

Il-Papa Franġisku jbierek waħda mill-ambulanzi mogħtija mill-Vatikan lill-popolazzjoni tal-Ukrajna milquta mill-gwerra. Ritratt: Vatican Media

Il-Papa Franġisku jitkellem ma’ koppja anzjana wara l-Udjenza Ġenerali fejn iffoka l-katekeżi tiegħu fuq il-valur tax-xjuħija. Ritratt: Daniel Ibáñez/ACI Prensa

Matul il-vjaġġ tiegħu lejn il-Kanada fl-aħħar ta’ Lulju 2022, il-Papa Franġisku libes kappell bir-rix tipiku tal-kultura indiġena. Ritratt: Media tal-Vatikan

Waħda mill-ewwel dehriet pubbliċi tal-Papa Franġisku f’siġġu tar-roti minħabba uġigħ fl-irkopptu fi Frar 2022. Ritratt: Daniel Ibáñez/ ACI Prensa

Laqgħa kommoventi bejn il-Papa Franġisku u tifel waqt Udjenza Ġenerali fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Ritratt: Daniel Ibáñez/ ACI Prensa

Il-Papa Franġisku jixrob il-mate offrut lilu minn pellegrin waqt Udjenza Ġenerali. Ritratt: Media tal-Vatikan

Laqgħa fil-Vatikan ma’ eluf ta’ tfal minn pajjiżi differenti f’Novembru 2023. Ritratt: Vatican Media

Tgħanniqa emozzjonali bejn il-Papa Franġisku u tifel marid. Ritratt: Vatican Media

Il-Papa Franġisku jilbes kappa mogħtija lilu minn grupp ta’ tfal Taljani waqt Udjenza Ġenerali. Ritratt: Vatican Media

Il-Papa Franġisku jsuq gondola waqt iż-żjara tiegħu f’Venezja f’April 2024. Ritratt: Daniel Ibáñez/EWTN News

Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ispagnol jappartjeni lill-Catholic News Agency. Dan l-artiklu kien ippubblikat oriġinarjament fuq ACI Prensa.

LURA GĦALL-FAĊĊATA