Francesca Pollio Fenton via Catholic News Agency
Fil-5 ta’ Ottubru, Kattoliċi madwar id-dinja jiċċelebraw il-festa ta’ Santa Fawstina Kowalska, is-soru Pollakka li rċeviet ix-xbieha tal-ħniena divina waqt rivelazzjonijiet mingħand Ġesù.
Santa Fawstina twieldet Helena Kowalska fil-25 ta’ Awwissu 1905 minn familja Pollakka fqira iżda devota. Ta’ 20 sena, bi ftit li xejn edukazzjoni u wara li ġiet miċħuda minn diversi kunventi oħra minħabba l-faqar u n-nuqqas ta’ edukazzjoni tagħha, Helena daħlet fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Hemmhekk, ħadet l-isem Faustina.
Ġesù deher lil Santa Fawstina 14-il darba, u ma’ kull viżjoni u konversazzjoni li kellha miegħu, hija rreġistraha fid-djarju tagħha, imsejjaħ “Ħniena Divina f’Ruħi”. Fid-djarju tagħha, kitbet dwar il-kliem li rċeviet mingħand Ġesù u l-messaġġ tiegħu ta’ ħniena divina għad-dinja, it-tbatija tagħha stess, u l-ħajja spiritwali tagħha.
Hawn huma 10 kwotazzjonijiet dwar it-tbatija u l-umiltà mid-djarju ta’ Santa Fawstina:
1. “It-tbatija hija grazzja kbira; bit-tbatija r-ruħ issir bħas-Salvatur; fit-tbatija l-imħabba ssir kristallizzata; iktar ma tkun kbira t-tbatija, iktar tkun safja l-imħabba.”
2. “Ġesù jħobb l-erwieħ moħbija. Fjura moħbija hija l-aktar fragranti. Irrid nistinka biex nagħmel minn ġewwa ta’ ruħi post ta’ mistrieħ għall-qalb ta’ Ġesù.”
3. “Xi darba nkunu nafu l-valur tat-tbatija, imma mbagħad ma nkunux nistgħu nbatu aktar.”
4. “F’mumenti diffiċli, niffissa l-ħarsa tiegħi fuq il-qalb siekta ta’ Ġesù, imġebbda fuq is-salib, u mill-fjammi li jisplodu tal-qalb ħniena tiegħu jinżlu fuqi l-qawwa u s-saħħa biex inkompli niġġieled.”
5. “L-Ispirtu s-Santu ma jkellimx lil ruħ li tkun distratta u qarrieqa. Jkellem bl-ispirazzjonijiet kwieti tiegħu lil ruħ li tiġbor lura, lil ruħ li taf iżżomm is-skiet.”
6. “Ruħ umli ma tafdax ruħha imma tpoġġi l-fiduċja kollha tagħha f’Alla. Alla jiddefendi r-ruħ umli u jħalli lilu nnifsu fis-sigrieti tagħha, u r-ruħ tibqa’ f’hena insuperabbli li ħadd ma jista’ jifhem.”
7. “Ikollkom fiduċja kbira; Alla huwa dejjem Missierna, anki meta jibgħatilna provi.”
8. “Min jaf jaħfer jipprepara għalih innifsu ħafna grazzji mingħand Alla.Kemm-il darba nħares lejn is-salib, ħafna drabi naħfer b’qalbi kollha.”
9. “It-tbatija hija l-akbar teżor fuq l-art; jippurifika r-ruħ. Fit-tbatija, nitgħallmu min hu l-veru ħabib tagħna.”
10. “Alla, li hu dawl innifsu, jgħix f’qalb safja u umli, u t-tbatijiet u l-avversitajiet kollha jservu biss biex juru l-qdusija tar-ruħ.”
Traduzzjoni mħejjija u adattata minn Lara Zammit għal tbissima.mt. It-test oriġinali bl-Ingliż jappartjeni lill-Catholic News Agency.