Fr. Louis Mallia
Fr Louis Mallia twieled iż-Żebbug Għawdex minn Katarina u Ġużeppi Mallia fil-31 ta’ Lulju 1963. Attenda skola primarja taż-Żebbug u sekondarja fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu fir-Rabat Għawdex. Daħal membru tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl f-Settembru tas-sena 1979. Wara Novizzjat ġħamel il-Filosofija l-Inserm (Istitut tar-Reliġjuzi Malta) u kompla it-Teologija fis-Seminarju Malta u Fl-Universita ta’ Malta. Ġie Ordnat qassis mill-Isqof Nikol Cauchi fil-Katidral ta’ Għawdex fl-24 ta’ Gunju 1989. War ġie mogħti ix-Xogħol fiċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarju li għadu jżommu sal-lum. Fl-1995 mar 5 xhur jagħmel taħriġ fir-Ryerson University l-Canada, fil-media: TV u FILM. F’dawn l-aħħar tletin sena waqqaf CPi Media fi ħdan ic-CAM u għamel mijiet ta-programmi televiżivi fuq l-istazzjoniijiet ewlenin ta’ Malta flimkien ma xogħol ieħor ta’ dokumentarji kemm fil-missjonijiet permezz tal-maratona ta’ xandir Oħloq Tbissima u anke żar diversi drabi l-missjonijiet mssp fil- Peru, Pakistan u l- Filippini, , Ruma, u Awstralja flimkien ma’ dokumentarji oħra, bħall- Art Imqaddsa, Santa Teresa ta’ Lisieux u Assisi. Fis-Sena 2015 sar ukoll Direttur tad-dar ta’ San Ġużepp. Ġie maħtur is-Superjur Regjonali ta’ Malta għal sitt snin mill- 2008 U mill-ġdid fl-2019 . Fr Louis dejjem ħadem b’risq il-missjoni u fil-kamp tal-media għal-evanġelliżżazzjoni.