San Ġużepp it-tieni parti
Fid-19 ta' Marzu taħbat il-festa ta' San Ġużepp, għalhekk kien xieraq li fil-programmi li tipproduċi ċ-CPi Media nitkellmu mhux biss dwar il-qaddis imma wkoll dwar id-dar ta' San Ġużepp. Fl-istudios Veronica u Joe ser jitkellmu ma’ Fr Louis Mallia mssp id-Direttur tad-Dar fejn ser jitkellem dwar il-konferenza Nazzjonali bl-isem tfal u żagħażagħ fi djar residenzjali li organizza Fix-xhur li għaddew Konferenza li għaliha ġew żewġ professuri minn barra minn Malta, biex indirizzaw u wieġbu mistoqsijiet mill udjenza numeruza li attenda din il-konferenza. X’ħareġ wara din il-konferenza? X'jeħtieġ isir biex id-djar tat-tfal ikunu aktar kif ngħidu 'up to date' maż-żmienijiet tal-lum? Fuq skype ser jitkellmu ma l-Assistent Direttur David Schembri.