Patri Donat Spiteri t-tieni-parti
S01E18
Veronica u Joe Farrugia waqt il-programm SABIĦA L-ĦAJJA ser jitkellmu ma’ Rev Dr Martin Micallef ofm cap dwar ktieb li kiteb hu dwar patri ieħor li għamel ħafna ġid meta kien għadu magħna. Patri Donat Spiteri . Min kien verament? X'għamel f'ħajtu? Li hu żgur hu li kien bniedem intelliġenti u umli. Kiteb ħafna kitbiet fuq diversi suġġetti kemm morali u spiritwali. Kien kappillan għal diversi snin fil-parroċċa tal-Marsa. B'danakollu kien bniedem li qatt ma ħalla l-familja waħedha. Fuq skype ser nitkellmu ma’ Anna Spiteri, neputija ta' Patri Donat dwar kif kienet tafu hi. Fr Martin, għamel biċċa xogħol kbira u wieħed jista jakkwista kopja ta' dan il-ktieb mingħand il-librara ewlenin.
SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2022/2023
Xerred it-tbissima