L-Għid il-Kbir
S04E27
Għalkemm din il-ġimgħa nibdew il-Ġimgħa Mqaddsa Francesca Briffa Polidano ser tiddiskuti u tgħaqqad diversi temi ma’ Fr Christopher Caruana OP fejn d-diskussjoni ser teħodna matul dak li nkunu qed nassistu għalih il-ġimgħa kollha. Kif nistgħu nifmhu l-misteru tas-sagrifiċċju u r-rebħa fuq il-mewt f’kuntest personali? Kif nistgħu naraw sinjali ta’ qawmien jew bidla ġdida fil-ħajja tagħna? B’liema mod il-messaġġ tal-Għid jikkoregi l-attitudnijiet egoistiċi jew indifferenti fis-soċjetà? Kif nistgħu ngħixu l-verità tal-Għid fil-prattika ta’ kuljum? Kif jaf jispjega Fr Christopher, dan il-programm ser ikun ta’ tifsira vera u awtentika tat-tbatija u l-qawmien ta’ Ġesù mqabbla mal-għixien tagħna ta’ kuljum.
SERJE
JIEN INT 2025/2026
Xerred it-tbissima