Il-Milied u l-Familja
Francesca Briffa Polidano ser titkellem ma’ Rev Prof Carl Mario Sultana fejn ser tkompli tistaqsi mistoqsijiet dwar il-Milied u l-familja. Fosthom x’tifsira spiritwali għandu l-presepju fil-kultura kattolika? X’tifsira għandha l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù Kristu fil-festa tal-Milied? Kif juri t-twelid ta’ Ġesù l-imħabba u l-umiltà ta’ Alla? Il-knisja kif jinkoraġġixxi l-għaqda tal-familja matul dan iż-żmien tal-Milied? Il-Papa Franġisku kiteb diversi messaġġi spiritwali dwar il-Milied, x’kienu l-aktar importanti? Għaliex il-Papa jenfrasiżża li l-Milied għandu jkun esperjenza ta’ fidi u mhux biss ċelebrazzjoni esterna? Għaliex il-Papa jiddiskrivi l-presepju bħalha Vanġelu Ħaj? Titilfux dan il-programm għax jista’ jkun li dak li konti taħsbu dwar it-Twelid ta’ Ġesu’ Bambin huwa differenti kif spjegat minn Fr Carl.