Mons. Ġużeppi De Piro
Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru, ser taħbat il-ġurnata missjunarja li tiġi ċċelebrata madwar id-dinja. Għalhekk ħsibna li għall dan il-programm nistiednu lill Fr Giovann Tabone mssp fejn ser jitkellem dwar il-fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li għalkemm kien ġej minn familja nobbli, xorta għażel li jgħix ta’ fqir. F’liema eta’ Ġużeppi De Piro ħass li xtaq jibda l-istudji tiegħu biex isir sacerdot? Dan ma setax iseħħ għaliex missieru riedu jibda l-istudji tiegħu biex jilħaq avukat. Allura x’ġara? Fr Giovann ser jagħmel mixja sabiħa mal-ħajja ta’ dan il-qassis, bl-għan biex it-telespatturi jkunu jafu dan il-bniedem qaddis, u kif għex ħajtu. Kif nafu anke mill-kitbiet tiegħu nafu li hu dejjem ried jagħti lilu nnifsu kompletament lill Alla, u jagħti għajnuna u dinjità lill tant tfal fqar f’Malta u Għawdex. Tippreżenta Francesca Briffa Polidano.