Il-Bniedem li jrid isir Alla
"Veronica u Joe Farrugia waqt dan il-programm ser jitkellmu dwar ‘il-Bniedem li jrid isir Alla’. Rev Dr Jonathan Farrugia ser iwieġeb għall bosta mistoqsijiet li Veronica ser tistaqsih. Illum il-bniedem qiesu qed iħoss li hu kapaċi jmexi ħajtu waħdu bla ma ħadd jindaħallu l-anqas Alla. Forsi dan fenominu tal-lum jew minn dejjem eżista? Għaliex illum jgħajjruk jew jiddieħqu bik jekk tistqarr li temmen f’Alla? F’nofs id-diskussjoni Fr Renè Camilleri ser jitkellem dwar il-Festi u rwol tal-Knisja. Aħna l-maltin magħrufin għall-festi kważi s-sena kollha, imma dawn qed isiru biss għall-mument? Għad għandhom tifsira ġenwina għall qaddis li nkunu qed niċċelebraw? Niżżel l-App Tbissima biex isegwi dawn il-programm u programmi u produzzjonijiet oħra interessanti li nagħmlu CPi Media. Produzzjoni Eżekuttiva ta' CPi Media. Produzzjoni ta' Marthese Brincat u Veronica Farrugia. Direzzjoni ta' Fr. Louis Mallia mssp. SABIĦA L-ĦAJJA nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru fil-17.00 fuq ONE.