Torri ta' Babel

E04

Maria Laura Vella Clark flimkien mat-tfal Nora, Jake, Demie Lee u Ayden ser jitkellmu dwar l-istorja mill-Antik Testment ‘ It-Torri ta’ Babel’. X’kien dan it-torri? Għalfejn il-poplu ried jitla’ l-fuq u jagħmluh daqshekk kbir? In-nies ta’ dak iż-żmien kemm lingwi kienu jitkellmu. Dan kollu ser jiskopruh wara li tinqara l-istorja. Imma t-tfal jgħidulna wkoll x’inhi t-tagħlima li nieħdu minn din l-istorja. Uħud mill-valuri li joħorġu huma, kemm għandna nkunu umli, kemm għandna jkollna dejjem l’Alla f’ħajjitna u kif għandna nġibu ruħna ma’ dawk li huma akbar minnha. Kitba ta’ Fr. Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat u Maria Laura Vella Clark Direzzjoni televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp, Direzzjoni teknika ta’ Paul Jones. Taf x’Ġara? nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru fl-15:50 b’repetizzjoni is-Sibt fit-08:00 fuq TVM.

SERJE
TAF X'ĠARA?
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

15min
Play
Abraham
E05
14min
Play
Iżakk u Rebecca
E06
16min
Play
Ġużeppi mibjugħ minn Ħutu (Part 2)
E07
15min
Play
Ġużeppi mibjugħ minn Ħutu (Part 1)
E08
16min
Play
Mosè
E09
16min
Play
Ġożwè u l-Art Imwiegħda
E10
LURA GĦALL-FAĊĊATA